Dwarna

Il-Fondazzjoni Lino Spiteri hija fondazzjoni b’għan soċjali li tappoġġja lil persuni b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol. Il-fondazzjoni ġiet imwaqqfa fl-2015 u hija sħubija soċjali bejn JobsPlus u Empower Coop Ltd.
L-għan tal-Fondazzjoni huwa li ssaħħaħ l-inklużjoni billi tgħin lil individwi vulnerabbli li jixtiequ jaħdmu billi tippromwovi l-inklużjoni u aktar indipendenza. Ir-rwol tal-fondazzjoni huwa li tagħtihom appoġġ u opportunità sabiex persuni b’ diżabbiltà jilħqu l-potenzjal tagħhom.
LSF għandha żewġ prijoritajiet ewlenin
Dawk li Qed Ifittxu x-Xogħol
Il-fondazzjoni toffri diversi taħriġ f’ħiliet soċjali u fuq il-post tax-xogħol biex tagħti l-aqwa opportunitajiet lill-individwi sabiex jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom. Tipprovdi wkoll pariri u appoġġ fit-tfittxija tax-xogħol għal kull persuna b’diżabilità rreġistrata.
Min Iħaddem
Billi żżomm relazzjonijiet mill-qrib ma’ in iħaddem, il-fondazzjoni LSF taħdem biex tiffaċilita l-proċess ta’ reklutaġġ b’mod one-stop-shop, kif ukoll biex tassisti fl-iżvilupp tal-imjegat fit-tul fi ħdan il-kumpanija.
Illum, individwi u kumpaniji qed jingħataw l-appoġġ biex jegħlbu l-isfidi li jiffaċċjaw fis-suq tax-xogħol sabiex jinkiseb ambjent tax-xogħol inklussiv. B’aktar minn 1179 kumpanija u 1554 individwu diġà appoġġjati fl-impjieg, aħna lkoll f’LSF determinati li nkomplu naħdmu lejn suq tax-xogħol aktar inklussiv.
Bi dħul għall-innovazzjoni u t-titjib kontinwu, nistinkaw biex nestendu l-impatt tagħna, niżguraw li kull individwu jkollu l-opportunità li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti fis-suq tax-xogħol u li kull negozju jibbenefika minn tim divers u mħarreġ.