Programmi ta’ Qabel l-Impjieg
Il-Programm Headstart
Headstart huwa programm ta’ 6 xhur offrut mill-Fondazzjoni Lino Spiteri bl-iskop li jżid il-prospetti tal-impjieg fi ħdan is-suq tax-xogħol.
L-għan tal-programm huwa li jgħin lill-individwi fit-tisħiħ tal-kompetenzi tagħhom relatati mal-impjieg. Joffri mudell ta’ ambjent ta’ xogħol u huwa mfassal b’mod li jgħin lill-individwu sabiex:
-
-
-
- Itejjeb ir-relazzjonijiet u l-ħiliet soċjali
- Iwettaq ħidmiet relatati mal-programm speċifiku
- Jifhem il-ħiliet u l-proċeduri relatati max-xogħol
- Jiżviluppa l-etika fuq il-post tax-xogħol
-
-

Il-parteċipanti huma megħjuna minn kowċ matul l-esperjenza tagħhom fuq ix-xogħol. Dan jappoġġjahom sabiex jilħqu l-għanijiet personali tagħhom. Jingħata wkoll appoġġ minn quality job coaches biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet mistennija kif ukoll tiġi żgurata l-kwalità tax-xogħol. Matul dan il-programm, jiġu esplorati wkoll opportunitajiet ta’ xogħol skont l-abbiltajiet u l-interessi tal-individwu. Jingħata stipendju bħala sapport lill-kandidati li jirnexxu fil-programm.

Taħriġ ta’ Sheltered Employment
Dan it-taħriġ jagħti l-opportunità lill-klijenti b’ diżabbiltajiet intellettwali jew oħrajn iktar gravi biex jirċievu taħriġ prattiku f’xogħlijiet differenti bħal għajnuna fl-amministrazzjoni, manifattura ta’ prodotti, ippakkjar, eċċ. Dan it-taħriġ idum sena, u matulha, il-klijenti jaħdmu fi ħdan gruppi megħjuna minn Job Coaches.
Ħiliet bħall-etika tax-xogħol, l-għajxien indipendenti, il-komunikazzjoni u l-ħiliet soċjali huma inkorporati f ’dan il-programm. L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li toffri opportunitajiet massimi lil dawk b ’diżabbiltajiet gravi jew iktar minn diżabbiltà waħda, u possibilment tinstiga l-kisba minn impjieg protett għal impjieg appoġġjat. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Ċentru ta’ Taħriġ ta’ Qabel l-Impjieg (Ċentru ta’ Job Bridge Training)
It-taħriġ ta’ qabel jibda l-impjieg qed jiġi offrut lil 4 gruppi distinti: persuni b’diffikultajiet intellettwali, persuni b’diffikultajiet fiżiċi/sensorjali, persuni b’diffikultajiet ta’ saħħa mentali u individwi vulnerabbli oħra. It-taħriġ jista’ jvarja bejn 50 sa 100 siegħa, skont il-bżonnijiet identifikati ta’ kull klijent. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
