Dawk li qed ifittxu x-xogħol

L-LSF tipprovdi appoġġ lil persuni b ’diżabbiltajiet reġistrati li qed ifittxu impjieg jew li diġà qegħdin jaħdmu u jeħtieġu appoġġ biex iżommu jew ibiddlu x-xogħol tagħhom.

Skont l-AL 156 tal-1995, individwi jistgħu japplikaw biex ikunu parti minn dan ir-reġistru billi jċemplu fl-uffiċċji tagħna fuq 2220 1761. Persuni b ’diżabbiltà eliġibbli jinkludu (iżda mhux limitati għal) individwi b’:

  • Diżabbiltà intellettwali
  • Diżabbiltà fiżika
  • Impediment fis-sensi
  • Problemi ta’ saħħa mentali

Mal-applikazzjoni l-klijent jiġi ggwidat fil-proċess ta’ reġistrazzjoni u jsir assessjar minn uffiċjal mediku u minn terapista tal-JobsPlus biex jaraw il-kapaċità għax-xogħol.

Wara dan l-assessjar, l-Eżekuttiv tal-Profiling and Guidance fil-Fondazzjoni Lino Spiteri jiltaqa’ mal-persuna b’ diżabbiltà, jibda r-reġistrazzjoni għall-impjieg u joħloq profil ibbażat fuq il-ħiliet, l-interessi u l-potenzjal tal-individwi għall-impjieg. Meta jsir qbil, l-eżekuttiv tal-PG jirreferi lill-individwu għal xogħlijiet li jaqblu mal-kapaċitajiet u l-esperjenzi tal-individwu. 

L-appoġġ jingħata matul il-proċess kollu, mill-proċess tal-intervisti sal-bidu tal-impjieg. Hawn imbagħad jista’ jingħata wkoll l-appoġġ ta’ kowċ, li jista’ jgħin kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll wara l-ħin.